Nhar it-Tnejn 18 ta' Jannar 2010, rapprezentanti mill-Ghaqda tal-Armar, KZB u minn Ghaqdiet ohra tal-festa flimkien mal-kappillan Dun Joe Buhagiar ghamlu zjara lir-residenti Qriema f'SVPR. Din iz-zjara nistghu nghidu li issa saret parti mill-kalendarju annwali tal-Parrocca u xi haga li r-residenti jkunu qed jistennew qabel il-festa liturgika ta' San Sebastjan. L-anzjani Qriema hadu pjacir jitkellmu mar-rapprezentanti u kienu hafna li ftakru nostalgikament esperjenzi dwar ir-rahal taghhom, il-parrocci u l-festi li jsawruh. Inheggukom sabiex izzuru lil dawn l-anzjani ghaliex zgur li japprezzaw il-presenza taghkom kif wara kollox dejjem ghamlu maghna.
Kull Dritt Riservat - Ghaqda Armar San Sebastjan Qormi - 2009