Lura
Tislima lil Damian u Fredu
Administrator - 23rd February 2010
Dwejjaq u sogħba.

Dwejjaq u sogħba, biki u memorji sbieh, huma dawk l-affarijiet li ha jfakkru il-gurnata tat-Tnejn 22 ta' Frar 2010. Gurnata li fiha tlifna zewg membri tal-familja taghna. Tlifna ġojjell, jew ahjar, Djamant kif konna nsejhulu, zaghzugh li kellu prospetti kbar fejn jidhol in-nar tal-art, Damian Agius ta' 21 sena. U tlifna warda, espert, raġel tal-familja Alfred Stellini. Il-mulej ried isejhilom kmieni biex jara' l-ispettaklu taghhom hafna qabel il-festival tan-nar tal-art. U din id-darba, dan l-ispettaklu jkun etern u jibqghu igawduh ghall-dejjem.

Damian kien attiv ferm kwazi fl-ghaqdiet kollha tal-Festa, filli jghin fl-armar, fin-nar, fid-daqq tal-qniepen, izda kien l-aktar attiv fil-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi fejn ghamel anke perjodu fejn hadem bhala vici-chairman tal-istess ghaqda. Niftakruh ferriehi, xi kultant nebbiexi, pero dejjem b'dik it-tbissima fuq wiccu u dak l-entuzjazmu li kellu, li dejjem ghamluh persuna li jaghti dak kollu li jista. Ilhaqt is-success tal-Musical 'Sebastjan' habib tieghi, biex imbaghad komplejna nahdmu flimkien fuq dawk is-successi ta' Casal Fornaro. Attivita' li dejjem kienet tarak l-ewwel wiehed tmidd idejk il-mahzen tal-Armar u tizbogh u tixkatla. It-tbissima tieghek ma kienetx tonqos wara xi loghba tal-mahbubin tieghek Qormi FC, specjalment dan l-ahhar li bdew anke jaghtuk is-sodisfazzjon.

Fredu Stellini, ukol nafuh bhala ragel dejjem ferriehi u it-tbissima wara dawk il-mustacci kienu xi haga komuni ferm. Kien bniedem ta' valuri fejn ghalih il-familja kienet l-aktar haga importanti, anke jekk kellu jaghmel sagrificcji personali kbar u jmur jahdem ghal diversi xhur barra minn xtutna, f'postijiet li mhux dejjem kienu joffru l-aqwa sigurta ghall-haddiem. Niftakru t-tbissima ta' dakinhar meta taħt idejk ġie l-entużjażmu ta' Damian. Konna fic-cert li din il-katina ta' esperjenza u entuzjazmu kienet ha twassalna ghal frott tant mixtieq mill-partitarji, u kollox kien lest ghal dak il-festival nazzjonali tal-art, imma...

...imma issa San Sebastjan ried ihaddan l-imhabba taghkom aktar mill-ispettaklu li offrejtu. Ried jippremjakom talli dejjem kontu ta' ezempju ghal dawk kollha li jhobbu l-qaddis u l-festa, grazzi ghas-sagrificcji li dejjem kontu tkunu minn tal-ewwel li taghmlu. Ta' dan, f'isem sħabkom u l-kollegi li tant konna naħdmu spalla ma' spalla, nirringrazzjakom ta' dak kollu li wettaqtu, tas-sagrificcji li ghamiltu, tal-imhabba li tajtu.

Tislima Djamant. Tislima Wadija.



James Piscopo

PRO Kumm. Zghazagh Bastjanizi