Lura
Stqarrijja ghall-istampa
Administrator - 27th February 2010
Stqarrijja ghall-istampa

L-Ghaqdiet organizzaturi tal-Festa fil-Parrocca San Sebastjan Hal Qormi, jixtiequ jirringrazzjaw lil kulhadd ghas-sobgha, support u ghajnuna li ntwerew f’dawn l-ahhar jiem meta l-parrocca taghna tilfet tnejn minn uliedha, Damian Agius u Alfred Stellini, fid-dizgrazzja li sehhet fil-Kamra tan-Nar San Sebastjan nhar it-Tenjn 22 ta’ Frar 2010.

Ir-ringrazzjamenti taghna jmorru b’mod specjali lejn l-oghla Awtoritajiet Civili; l-ET. il-President ta’ Malta Dott George Abela, il-Prim Ministru Dott. Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppozizzjoni Dott. Joseph Muscat, l-ET. Monsinjur Arcisqof Paul Cremona, lill-membri parlamentari miz-zewg nahat tal-kamra, u lill-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi. Ringrazzjament ukoll imur lejn il-membri tal-Protezzjoni Civili, il-Korp tal-Pulizija, l-Forzi Armati ta’ Malta, u lit-tim mediku ghax-xoghol bla heda taghhom fuq il-post tat-tragedja.

Fl-ahharnett, nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-Kappillan u l-Kleru u tal-parrocca flimkien ma’ numru sabih ta’ sacerdoti ohra li kkoncelebraw waqt il-quddiesa u lil dawk kollha li llum, 24 ta’ Frar ghogobhom jinghaqdu maghna biex flimkien naghtu l-ahhar tislima lil dawn shabna, fosthom l-ghaqdiet tal-Parrocca San Gorg Martri ta’ Hal Qormi, ghadd ta’ Socjetajiet tal-Baned u Ghaqdiet tan-Nar minn madwar Malta kollha.

Apprezzajna hafna s-solidarjeta’ taghkom f’dawn il-mumenti daqstant difficli ghalina u ghall-familji tal-vittmi.

Charles Saliba
Segretarju – Socjeta’ Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan

Jesmond Aquilina
Segretarju – Ghaqda tan-Nar San Sebastjan

Marlon Barbara
Segretarju – Ghaqda tal-Armar San Sebastjan

Jasper Azzopardi
Segretarju Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi

Elaine Schembri
Segretarja – Radju Bastjanizi FM