K.Z.B.
Ghaqda Armar San Sebastjan Ghaqda Armar San Sebastjan A.D. 1984
Meta wiehed iqabbel l-armar li kien jintrama qabel l-1984 ma' dak li jintrama llum il-gurnata ma jistax jichad li t-twaqqif ta' din l-Ghaqda kien success totali. Din l-Ghaqda kif se naraw iktar 'il quddiem twaqqfet fis-sena 1984 u minn dak iz-zmien sal-prezent, l-Ghaqda tal-Armar baqghet tahdem bla waqfien biex izzejjen it-toroq tal-parrocca Bastjaniza b'mod specjali matul il-festa. Madankollu, illum il-gurnata l-membri tal-Ghaqda huma mpenjati f'hafna festi li jigu ccelebrati mill-knisja fil-parrocca ta' San Bastjan. Wiehed jista' jsemmi l-armar tat-toroq fil-Milied, fi zmien il-Gimgha Mqaddsa u l-Ghid il-Kbir, kif ukoll ic-cenaklu li jsir mill-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi.

L-Ghaqda tal-Armar fil-prezent ghandha zewg imhazen kbar fejn fihom jintrefa' l-armar; wiehed go Triq Spiteri Fremond li nfetah fis-sena 1986, u l-iehor fi Triq il-Kbira li nfetah fl-10 ta' Lulju tas-sena 1998 - is-sena li waslu l-qniepen gewwa l-parrocca ta' San Sebastjan.

Jekk wiehed ihares ftit lejn l-istorja tal-armar fil-parrocca ta' San Bastjan isib zvilupp kbir mal-medda taz-zmien. Meta l-parrocca kienet ghadha kemm giet imwaqqfa, armar tista' tghid ma kien hawn xejn L-armar li kien jintrama fil-limiti taghha ghall-festa ta' San Gorg meta Hal Qormi kien ghadu b’parrocca wahda, ittiehed kollu mill-parrocca matrici. Madankollu xorta kien hemm xi individwi li hadu hsieb isebbhu u jzejnu l-parrocca kif setghu. Dawn kienu Salvu l-Brun, Peppi u huh Gamri tal-Mosti flimkien ma' missierhom, l-ahwa Kons u Karmenu Baldacchino, Pawlu tal-Kalkara, Karmnu Lawris, tal-Bully ta' hdejn San Pawl, ta' Tentiela, tal-Majjistra, Leli tal-Hut, Lola tat-Tari, George Chircop, it-tfal ta' Konsu Baldacchino, hut Gino Mangion u ohrajn. Mhux ta' min ihalli barra lil Montesin li kien bniedem ta' sengha kbira u li hadem xi armar fir-rahal taghna. Bicca xoghol minn tieghu li baqghet fil-parrocca ta’ San Sebastjan huwa s-salib tal-Madonna tad-Duluri. Sakemm dam haj, il-mibki Dun Gina Mangion prova johloq kumitat tal-festa u f'dak li ghandu x'jaqsam mal-armar kien beda jsir l-gbir biex isiru l-pavaljuni ta' Triq San Sebastjan. Il-gbir kien isir minn Wenzu l-hajjat, George Debono (ex-surmast tal-banda) u individwu iehor. Wara l-mewt hesrem ta' Dun Gino, kompla Dun Joe Borg u l-pavaljuni tlestew. Ftit wara dawn il-pavaljuni gew sostitwiti minn pavaljuni ohra.

Kien f’dan iz-zmien li nhasset il-htiega li jkun hawn xi organizzazzjoni li tiehu hsieb specifikament l-armar tal-parrocca. Fl-4 ta' Marzu 1984 iltaqghu fil-kripta numru ta’ dilettanti u fil-presenza ta' Dun Vincenz Borg li kien jirraprezenta l-Knisja gie iffurmat l-ewwel kumitat. Dan kien it-twelid tal-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan.

Bla dubju ta’ xejn, din l-Ghaqda tal-Armar kellha tibda mill-qiegh u hadmet biex tista' tghid l-ftit armar li kien hemm inbidel ghal dak li nafuh illum. Kull sena bdew jizzanznu opri godda b’mod partikolari fir-rotta minn fejn tghaddi l-purcissjoni bl-istatwa titulari ta' San Sebastjan. F’dawn it-toroq nsibu numru kbir ta' pavaljuni, bandalori, statwi,. Ma jonqosx li t-triq li hi msemmija ghall-patrun tal-parocca, jigifieri Triq San Bastjan, tkun mimlija bl-armar bhal pavaljuni, angli bil-brazzi, kif ukoll trofej sbieh flimkien ma' bandalori b’hajjet il-patrun u protettur tal-belt Pinto. Din it-triq twassalna sa quddiem il-knisja parrokkjali fejn insibu zewg martirji, kif ukoll sett iehor ta' trofej u bandalori b’qaddisin Rumani. Maz-zmien kompla jizdied armar varju b’mod partikolari bandalori b’temi/personaggi marbutin ma’ hajjet il-qaddis kif ukoll pavaljuni godda li hadu post dawk li htiegilhom jinbidlu. Sar restawr fuq ghadd ta’ statwi. Kienu diversi dawk l-artisti maghrufa li gew ikkummissjonati xi xoghol artistiku li fil-jiem tal-festi ikun qieghed isebbah il-parrocca. L-Ghaqda tal-Armar tinsab ghaddejja fuq progetti ohra biex il-parrocca tkompli tizzejjen. Imma l-armar ma nsibuhx biss fit-toroq tal-purcissjoni, izda f'partijiet differenti tal-parrocca fejn bil-motivazzjoni u l-ghajnuna tal-Ghaqda tal-Armar numru ta’ parruccani komplew joholqu dik l-atmosfera tant sabiha fil-festa ta' San Sebastjan b’diversi pavaljuni kif ukoll statwi.

Fi hdan din l-Ghaqda insibu wkoll il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi li kienet twaqqfet minn membri zghazagh fil-kumitat centrali u ohrajn li kellhom hegga kbira li din il-Kummissjoni titwieled kif fil-fatt gara nhar it-22 t’April 1991. Fl-2005 l-Ghaqda flimkien mal-KZB faslet il-website www.armarsansebastjan.org biex dawk kollha dilettanti b'mod specjali l-emigranti, ikunu aggornati dwar l-Ghaqda tal-Armar/Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi u dak kollu li jkun qieghed isehh fil-parrocca.
Is-sena 2009 se tkun qed timmarka l-25 anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-Ghaqda tant ghal qalb il-parruccani. L-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan se tkompli ghaddejja bl-impenn kulturali taghha. Ghaldaqstant tilqa’ bil-ferh persuni godda li jixtiequ joffru l-kontribut taghhom fi hdanha u huma mhegga li jkellmu membri tal-kumitat fl-imhazen tal-Ghaqda jew billi jaghmlu kuntatt minn fuq www.armarsansebastjan.org.